Merħba fis-sit ecogozo.com

Sas-sena 2020 Għawdex isir gzira ekologika, bl-għajnuna ta’ komunità  ħerqana u deċa li tilħaq il-miri ta’ soċjetà sostenibbli. F’Għawdex se nfittxu li nnaqqsu l-impronti (footprints) tal-ilma u tal-karbonju. Irridu nindukraw dak kollu li jagħmel din il-gzira unika; l-istil tal-ħajja, l-ambjent, ir-riżorsi, il-kultura u l-identità. Irridu naraw il-kwalità tal-ħajja f’Għawdex tkompli titjieb permezz ta’ investiment kontinwu fl-edukazzjoni, l-ambjent, l-iżvilupp ekonomiku, u l-proġress soċjali. Nagħmlu mezz kif dawn kollha jgħinuna niġbdu aktar viżitaturi u investituri lejn din il-gzira.

Il-viżjoni ta’ gzira ekologika tħares ’il quddiem lejn futur sostenibbli – u għalhekk futur fiż-żgur – għall-gzira ta’ Għawdex. Hi viżjoni li għandha għeruqha fil-potenzjal tal-gzira u l-kapaċitajiet tal-poplu tagħha.

EkoGħawdex hu viżjoni għal gżira biex issir dejjem iktar sabiħa, ispiranti, akkoljenti, b’saħħitha, inklużiva u ta’ suċċess; post f’saħħtu u tajjeb biex tgħix fih, f’bilanċ mal-ambjent.  Dan hu essenzjalment dak li l-gżira ekoloġika se tfittex tikseb.